
Radju Santa Katarina 90.6 FM
Descripción
About Radju Santa Katarina 90.6 FM adju Santa Katarina ilu joffri s-servizz ta’ xandir fil-komunità ġewwa ż-Żurrieq sa mill-Festa Titulari tal-Patruna ta’ raħalna Santa Katarina V.M. tas-sena 2002.Kien propju s-Segretarju tas-Soċjetà ta’ dak iż-żmien, illum il-President tas-Soċjetà, is-Sur Josef Cachia li għamel proposta lill-Kumitat Ċentrali biex għall-ewwel darba il-Festa tkun imxandra fuq radju tal-komunità tas-Soċjetà stess. Il-Kumitat mill-ewwel aċċetta din il-proposta fejn hemm ukoll ġie magħżul l-isem, li kif xieraq ġie msemmi għall-istess Patruna taż-Żurrieq – Radju Santa Katarina.Dan l-ewwel radju fiż-Żurrieq wara jiem ta’ trażmissjoni bi prova, beda jxandar uffiċċjalment fuq il-frekwenza 90.6FM il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu 2002. Barra programmi ta’ mużika u divertiment għall-gosti ta’ kulħadd, Radju Santa Katarina xandar ukoll l-attivitajiet kollha li saru fir-raħal marbuta mal-Festa Titulari, xandar programmi mill-pjazza waqt il-qofol tal-marċ u kif ukoll il-Funzjonijiet Liturġiċi marbuta mal-Festa, li ġew iċċelebrati fil-Knisja Matriċi u Arċipretali ddedikata lil Santa Katarina. Barra li dan kollu ġie mxandar fil-komunità taż-Żurrieq permezz tat-trażmissjonijiet tar-radju, saru wkoll arranġamenti sabiex l-istess xandir kien ukoll imwassal mad-dinja kollha permezz tal-internet. B’hekk għadd kbir ta’ emigranti segwew dak kollu li kien qiegħed jixxandar fuq Radju Santa Katarina kif ukoll il-cameras live li saru fil-pjazza u fil-Knisja Arċipretali. Users Rating:
Programación
Locutores
Ubicación
zurrieq
37, Palazz Alexandria, Misrah Repubblika, Żurrieq, Malta
Contacto
Tel: +356 21640110
Email: radio@stcatherineband.org.mt